Il-Kostituzzjoni tiġi emendata biex jingħad car, abjad fuq l-iswed, li dawk il-Maltin ta' barra li għandhom rabta ma' Malta jżommu d-dritt tal-vot. Dawn ikunu jinkludu Maltin residenti fi stat membru tal-UE, fis-servizz diplomatiku Malti, li jaħdmu m'organizzazzjonijiet internazzjonali (eż. l-UE) jew li qegħdin barra għal skopijiet ta' studju jew kura u l-partners tagħhom li jkunu magħhom barra u uliedhom sa 23 sena.
This content is created by the open source Your Priorities citizen engagement platform designed by the non profit Citizens Foundation